Ilkoll Aħwa
		<language>mt</language>
Ilkoll Aħwa
        <itunes:explicit>no</itunes:explicit>
		<podcast:locked owner="tech.it@maltadiocese.org">no</podcast:locked>
Ilkoll aħwa f’Malta: il-ħlewwa fl-ospitalità
			<itunes:season>1</itunes:season>
			<podcast:season>1</podcast:season>
			<description><![CDATA[Fl-Evanġelju, Kristu ma jidhirx biss bħala dak li jilqa’ bil-ħniena imma wkoll bħala barrani vulnerabbli u fil-bżonn. Ġesù hu dak li jilqa’ u li għandu bżonn jiġi milqugħ.
L-ospitalità kienet karatteristika distintiva fil-komunitajiet Kristjani tal-bidu, b’enfasi partikolari lejn dawk li l-iktar huma vulnerabbli, foqra u fil-bżonn. U l-Papa Franġisku issa qed ifakkarna li d-deċiżjoni li jiġu inklużi jew esklużi dawn il-persuni hi l-kriterju li jiddefinixxi t-tip ta’ persuna li aħna u l-proġett politiku, soċjali u reliġjuż li aħna parti minnu.
Ix-xbieha ta’ qalb li titwessa’ jew ta’ ċirku ta’ mogħdrija li jħaddan lil kulħadd se tintuża biex tiġi deskritta  t-tip ta’ soċjetà akkoljenti li jipproponi l-Papa Franġisku fi Fratelli Tutti. Eżempji ta’ ospitalità li nsibu fil-Bibbja bħat-tliet “anġli” milqugħa minn Abraham u l-wasla ta’ San Pawl f’Malta jfakkruna li l-persuna li toffri l-ospitalità ma toffrix primarjament servizz imma taqsam ħajjitha mal-oħrajn.
U filwaqt li l-virtù tal-ospitalità tista’ u għandha tiġi mgħixa minn kulħadd fuq livell individwali u ‘fil-privat’, l-azzjonijiet kollha ta’ tjubija, rispett u ospitalità għandhom impatt li jmur lil hinn mill-ġest innifsu. Fil-fatt, l-oppost ta’ kultura ta’ skart u iżolament mhuwiex sempliċement in-nuqqas ta’ dik il-vjolenza li twassal għal din il-kultura. Il-prattika tal-ospitalità tibni narrattiva kontrokulturali li tagħraf il-valur tal-‘barrani’ u d-dinjità umana tiegħu jew tagħha. Speċjalment meta s-soċjetà toħloq ambjent ostili għal ċerti persuni, l-ospitalità tindika mod aħjar ta’ kif ngħixu flimkien bħala aħwa, li fih ma jkunx hemm ‘oħrajn’ jew ‘huma’, imma biss ‘aħna’.]]></description>
			<itunes:explicit>no</itunes:explicit>
Ilkoll Aħwa: Ġustizzja, ħniena u rikonċiljazzjoni
			<itunes:season>1</itunes:season>
			<podcast:season>1</podcast:season>
			<description><![CDATA[Il-ġustizzja hi bbażata fuq il-verità dwar id-dinjità ugwali ta’ kull bniedem u kif ilkoll għandna dritt niffjorixxu f’ambjent b’saħħtu, permezz ta’ netwerk ta’ relazzjonijiet stabbli u ta’ wens, waqt li nkunu arrikkiti bil-wirt kulturali kif mgħoddi lilna minn missirijietna. Il-ġustizzja tanima ħajja politika b’saħħitha peress li hi mfittxija permezz ta’ djalogu kontinwu fost dawk kollha li jittamaw li jgħixu flimkien b’mod paċifiku fis-soċjetà, minkejja l-ħafna differenzi tagħna. Il-ġustizzja tiġi mgħallma fit-tfulija, permezz ta’ kull relazzjoni umana, b’mod partikolari fil-familja.
Il-ħniena, iżda, titraxxendi l-ġustizzja. Meta niffaċċjaw traġedja inspjegabbli u niġu wiċċ imb wiċċ mal-ħażen—minn dak midfun f’qalbna stess, sal-ġenn tal-gwerra—jekk nesperjenzaw ħniena vera, nirrealizzaw kemm ma jixirqilniex nirċievu kompassjoni permezz ta’ atti konkreti ta’ qalb tajba. Imma bħalma l-Papa Franġisku ma jieqaf qatt ifakkarna, “Alla ħanin”: ma jieqaf qatt ikun ġeneruż, u l-Insara li jintmessu b’din il-ħniena għandhom id-dmir li jaqsmu din l-esperjenza ta’ ferħ mad-dinja.
Il-ħniena li tmiss u tbiddel qalbna hi l-aħbar it-tajba li r-rikonċiljazzjoni mhix biss possibbli, iżda sseħħ b’mod attiv fis-skiet anke f’dan il-mument stess. Din il-konvinzjoni ġejja mit-tħabbira Nisranija li Kristu miet, indifen u qam, li jixhed li dak kollu li jitkisser—kif il-mewt teqred il-ħajja—jistaʼ jerġaʼ jingħaqad kif Alla ried li jkun mill-bidu.
F’qalbna, fir-relazzjonijiet personali tagħna, fil-politika tribalistika tagħna, f’dinja mhedda bil-gwerra; ir-rikonċiljazzjoni mibnija fuq il-ġustizzja u l-ħniena hi r-responsabbiltà tal-mgħammdin: permezz ta’ kliemna, permezz ta’ għemilna kollu … kbar u żgħar.
Hekk kif nistennew lill-Papa Franġisku u bħala poplu ta’ “ħlewwa liema bħalha” (Atti 28:2) forsi dan hu r-rigal li nistgħu noffru lil kulturi oħra u lil uliedna: li nkunu poplu li jfittex li jfejjaq dak li hu miksur; li jgħaqqad flimkien dak li ġie separat; li jagħżel il-verità u l-paċi fuq il-kunflitt. F’din is-sessjoni ta’ djalogu, se nikkunsidraw flimkien kemm aħna, bħala Knisja f’Malta, qed ngħixu din il-missjoni Nisranija.]]></description>
			<itunes:explicit>no</itunes:explicit>
Ilkoll Aħwa: Il-familja f’soċjetà tinbidel
			<itunes:episode>3</itunes:episode>
			<podcast:episode>3</podcast:episode>
			<itunes:season>1</itunes:season>
			<podcast:season>1</podcast:season>
			<description><![CDATA[Prinċipji duttrinali weħidhom ma jgħinuniex nagħmlu dan, iżda għandna wkoll bżonn qalb mimlija ħniena. Il-Papa jitkellem ukoll dwar numru ta’ ċirkustanzi li qed ikunu ta’ sfida għall-familja madwar id-dinja, li jinkludu l-migrazzjoni, in-nuqqas ta’ rispett lejn l-anzjani u l-vjolenza domestika.
Fit-taħdita, se jiġu ppreżentati u diskussi wkoll diversi temi marbuta mal-familja li semma l-Papa Franġisku f’Amoris Laetitia fosthom l-importanza li l-familja tkun miftuħa għal persuni oħra u mhux tkun magħluqa fija nnifisha. Dan il-ftuħ ma jgawdux minnu biss l-persuni l-oħrajn iżda wkoll l-istess familja. 
Tema importanti oħra hi dik tal-edukazzjoni sħiħa tat-tfal fil-familja u kif il-ġenituri jistgħu jedukaw lil uliedhom mingħajr ma jagħmlulhom ħsara. Nitkellmu wkoll dwar dak li jagħmel l-ispiritwalità tal-familja u kif din narawha fil-ħajja ta’ kuljum u kif familji jistgħu ikunu ta’ servizz lejn familji oħrajn. ]]></description>
			<itunes:explicit>no</itunes:explicit>
Ilkoll Aħwa: Iż-Żgħażagħ Tama għall-Futur
			<itunes:episode>2</itunes:episode>
			<podcast:episode>2</podcast:episode>
			<itunes:season>1</itunes:season>
			<podcast:season>1</podcast:season>
			<itunes:explicit>no</itunes:explicit>
Ikoll Aħwa: Inħarsu l-Ambjent
			<itunes:episode>1</itunes:episode>
			<podcast:episode>1</podcast:episode>
			<itunes:season>1</itunes:season>
			<podcast:season>1</podcast:season>
			<itunes:explicit>no</itunes:explicit>